Postijiet interessanti

F`Rahal Gdid


 

 

 

Bejn l-Iskola Primarja Guzeppi Agius u L-Iskola Sekondarja Guze` Damato hemm grawnd tal-futbol li inbena f`post li fih kien jintefa` hafna gebel li gabuh minn djar li fil-gwerra li  kienu waqghu.  Din iz-zona hi maghrufa bhala “Tal-Borg”.u  l-gebel kien jintefa hemmhekk

 

Kien fl-1945 li l-Kaptan Serafin Xuereb ried li jibni grawnd  hemmhekk. Meta il-grawnd tlestha , kien issemma ghall-Gvernatur ta` Malta ta dak iz-zmien li kien Edmund Schreiber (f`dak iz-zmien, Malta  kienet kolonja ta` l-Ingilterra, jigifieri li kien jikmandawna l-Inglizi)

 

Dan il-grawnd kien gie miftuh fl-1946 u fih kien isir il-loghob tal-futbol tal-Kampjonat Malti. Dan il-grawnd baqa` maghruf bi   Schreiber sas-snin tmenin, meta l-isem tbiddel u gie imsemmi ghall-Pace-Grasso.

 

Min kienu  Pace u  Grasso  ?

 

Victor Pace u Harry Grasso kienu zewg partitarji akkaniti tat-team tal-futbol Pawlist , il-Hibernians F.C.  Kull meta kien jilghab it-team tar-rahal taghhom kienu jmorru biex jissaportjawh.

 

Kien it-8 ta` Gunju 1952. Kienet ser tintlaghab loghoba importanti ta` finali ghal wahda mit-titli prestigjuzi tal-futbol Malti , l-F.A. Trophy ,  bejn il-Hibernians u Sliema Wanderers .  Xi zghazagh akkaniti marru l-grawnd tal-futbol armati b`murtali, gassijet, bnadar etc, halli jekk it-team taghhom jirbah , jiccelebrawha bil-kbir.

Dawn iz-zghazagh Pawlisti isselfu trakk, remawh ghal okkazjoni ta` finali, u poggew fih l-affarijiet ghall-briju, fosthom murtali u gassijiet biex jiccelebraw jekk jirbhu.

 

Fil-finali it-team taghhom tilef u ghalhekk  Sliema Wanderers rebhu dan it-titlu. Izda iz-zghazagh ta` Rahal Gdid xorta wahda  hargu l-gassijiet biex jixeluhom, izda gara li xi nar marret fil-kaxxa fejn kien hemm il-murtali, bil-konsegwenza li sploda kollox u Victor Pace flimkien ma Harry Grasso, zewg zghazagh fl-ahjar  taghhom mietu fuq il-post f`dan l-incident u ohrajn wegghu , xi whud serjament.

 

Dan il-grawnd fil-qalba ta` Rahal Gdid gie imsemmi Pace-Grasso biex jibqghu imfakkra dawn iz-zewg zghazagh ta` ghoxrin sena li mietu f`dan l-incident sfortunat.

 

              

 

 

             

 

                   

                              

 

 

                           

                         

Create a Free Website