Postijiet interessanti

F`Rahal Gdid


 

 

 

 

 

 

Fil-21 ta` April 1975, il-Gvern Libjan xtara medda ta art fl-eghlieqi ta` hdejn Triq Korradino minghand il-Gvern Malti biex ikun jista` juza ghal komunita` Islamika li hawn f`Malta.

 

Fit-2 ta` Lulju 1978 tqieghdet l-ewwel gebla tac-Centru Islamiku mill-mexxej Libjan, il-Kurunell Gaddafi. Il-bini kien lest fis-16 ta` Jannar 1982. Il-pjanti originali kienu tlestew  mis-Segretarjat ghad-Djar tal-Gemaharija Libjana. Il-kuntratturi kienu Gebco International Ltd Co., u l-inginier responsabbli mix-xoghol kien Alfred Balzan.

 

 

 

 

Ic-centru kollu hu kbir 6700 metri kwadri tul , tul ta`  100 metru u wisa` ta` 67metru. Il-gemgha jew kif maghrufa ahjar bhala l-Moskea hi kbira 225 metru kwadru , il-minaret hu gholi 31.5 metru , fil-moskea li fiha jsir it-talb specjalment kull nhar ta` Gimgha, hi fuq pjanta kwadra u b`koppla ta` lewn hadrani.  F`dan il-kumpless insibu l-ufficini li jmexxu l-komunita Islamika ta` Malta, skola ta` kindergarten (l-iskola ghal-primarja u sekondarja ghal tfal Arab tinsab f`Ta Giorni, f`San Giljan)  insibu ukoll f`dan il-kumpless f`Ta Kordin, swali ghal konferenzi u librerija.

 

L-ewwel amministratur tac-centru kien Ammar al Akhda, filwaqt li l-ewwel Iman (mexxej spiritwali) kien Mohammad Elsadi . 

 

Bhalissa qed issir estenzjoni ta dan ic-Centru Islamiku. Qed jitla bini iehor li jikkumplimenta hafna ma dak li diga hemm. Barrahekk, qed issir restawr fuq il-minaret.

 

 

Ix-xoghol ta` restawr li qed issir bhalissa fuq il-minaret tal-Moskea li hu gholi 31.5 metru (dawn ir-ritratti ittiehdu 13 ta` Lulju)

 

 

 

L-estenzjoni tal-Bini Islamiku f`Kordin

 

 

 

 

 

 

 

Create a Free Website