Postijiet interessanti

F`Rahal Gdid


                             

 

 

 

Minhabba li Rahal Gdid hu kwazi mibni kollu , u lokalita` traffikuza, ghalhekk hu importanti ,  bhal f`kull u Belt u Rahal,  ikun hemm spazju fejn in-nies tal-lokalita` ikollhom fejn jistriehu ftit u jghaddu ftit tal-hin liberu l-boghod mill-hafna hsejjes u mit-traffiku.  Bhal fil-kas ta` Rahal Gdid, il-gonna huma l-uniku spazju mhux mibnija tal-lokalita` li iservu ta` mistrieh ghall dawk li ikunu jixtiequ iqattu ftit hin il-boghob mill-istorbju u l-genn li igib il-hajja maghggla ta` kuljum.

 

 

 

F`Rahal Gdid insibu hames gonna, uhud minnhom kbar u ohrajn zghar, li huma

 

Gnien Pawlu Boffa

Gnien Wied Blandun

Gnien Lorry Sant

Gnien Gaddafi

Gnien Frangisk Xuereb

 

 

 

 

Gnien Pawlu Boffa

 

Dan hu gnien spazjuz u kbir li jinsab ezattament quddiem l-iskola Primarja Guzeppi Agius iservi ta` mistrieh ghal hafna . Insibu hafna sigar kbar , pjanti u anke l-bandli u loghob iehor ghat-tfal.

 

Dan l-ahhar snin , minflok gabbanna ta` l-ikel li kien hemm tela l-bini li fih jinsabu l-ufficini tal-Kunsill Lokali u sala kbira fuq ghal uzu ta` l-istess Kunsill.

 

Dan il-gnien hu imsemmi ghall Pawlu Boffa li kien tabib. Hu kien ukoll politikant importanti hafna fl-istorja ta` Malta u ukoll kien wiehed mill-Prim ministri li kellna f`pajjizna.

 

 

 

 

 

 

  

 

Gnien Wied Blandun

 

Dan il-gnien hu in-naha l-ohra, fit-tarf tar-Rahal.  Dan hu gnien li jinsab go wied Blandun. Wied li jaqsam lir-Rahal Gdid u Bormla. Dan il-wied jibqa sejjer sa Ghajn Dwieli, u nistghu nghidu li hu wiehed mill-pulmuni ghal arja pura fil-lokalita`.  Dan il-gnien qieghed propju fil-wied, ghalkemm min fuqu insibu Triq li minn Ghajn Dwieli tiehu l-Fgura, vjal il-25 ta` April 1958.

L-isem ta` Wied Blandun gejja minn Blandun li hi xemgha kbira dekorata li tintuza fic-celebrazzjonijiet liturgici specjalment nhar l-Ghid il-Kbir.

 

  

 

  

 

 

 

 

 

Gnien Lorry Sant

 

Gnien iehor li mizmum pulit hu dak imsemmi lil Lorry Sant li kien politiku f`Malta u trejdunjonista. Dan il-Gnien jinsab ezatt quddiem il-Kunvent tas-Sorijiet ta` San Guzepp ta` l-Apparizzjoni. F`dan il-gnien insibu diversi pjanti u sigar li isebhuh . Insibu ukoll monument li ifakkru lil Lorry Sant mahdum fil-Bronz, xoghol l-iskultur Anton Agius.

Dan l-gnien infetah fl-10 ta` Frar 2000. Fl`inawgurazzjoni ta` dan il-gnien sar kant, diskorsi  u kxief tal-monument.

 

  

  

 

 

 

 

Gnien Gaddafi

 

Gnien Gaddafu u imsemmi ghall-mexxej Libjan Gaddafi u gie imsemmi ghalih ghal diversi ragunijiet. L-ewwel raguni hi li tarf tal-gnien imiss mal-kumpless Musulman fejn tidomina l-Moskeja. Izda l-aktar raguni li isemma hekk minhabba li l-bicca l-kbira ta` dan il-gnien hu f`hafna sigar tac-Citru, specjalment tal-laring u bakkaljaw (tip ta` laring imma selvagg li ma jkunx tajjeb ghall-ikel izda biex jintuza ghal marmalade) . Dawn is-sigar gew moghtija mill-mexxej Libjan, ghal din ir-raguni biex imsemmi hekk.

 

F`dan il-gnien insibu diversi sigar ohra bhalma huma tal-prinjol u diversi fjuri li jkomplu isebbhu dan il-gnien.

 

 

 

 

  

 

 

 

 

Gnien Frangisk Xuereb

 

Dan huwa gnien zghir fi Triq id-Dghajjes li jigi ezatt wara l-knisja Parrokjali ta` Lourdes. Dan il-gnien hu imsemmi ghall Mons. Frangisk Xuereb , li hadem hafna u kien benefattur biex inbniet il-Knisja ta` Lourdes li wara saret Parrocca. Kien ukoll strumentali biex inbniet ukoll il-knisja Parrokjali ta` Kristu Re. Fi kliem iehor, Mons. Xuereb hu persuna importanti ghall-Rahal Gdid. L-isem tieghu ma jista jintesa qatt. Hadem bla mistrieh fil-bini taz-zewg Parrocci. Hasra li ma tantx hu imfakkar f`Rahal Gdid. Zgur li l-quddiem jixraqlu monument ghax kien benefattur ta` dan ir-rahal. Tajjeb li insemmu li is-Sala Parrokjali tal-Parrocca ta` Kristu Re hi imsemmija ghal Mons Xuereb.

 

Dan il-gnien infetah fl-20 ta` Lulju 2000. Fih insibu diversi bankijiet ghar-residenzi biex iqattu ftit hin ta` mistrieh u xi sigar. F`nofs dan il-gnien insibu statwa tal-Madonna ta` Lourdes fuq pedestall b`tabella biex tfakkar il-ftuh ta` dan il-gnien.

 

       

 

 

Create a Free Website